Atletico Nacional talbu biex it-trofew tat-tazza Sudamericana jingħata lit-tim tal-futbol Brażiljan Chapecoense hekk kif il-plejers ta’ dan it-tim tilfu ħajjithom abbord ajruplan li waqa’, waqt li kienu fi triqthom għal din il-partita.
Dak li kellu jkun mument ta’ sodisfazzjoni, wara li rnexxilhom jaslu sa din il-partita ntemm ħesrem hekk kif dan l-inċident qatel madwar 76 persuna minn 81 passiġġier li kienu abbord.
Kienu biss ħamest ijiem ilu li tpoġġa filmat onlajn tagħhom jidħku u jifirħu għar-riżultat li wassalhom għall-finali tat-tazza Sudamericana. Iżda Il-passaport li kellhu jwassalhom għal esperjenza ġdida u mument tant mistenni minn dawn il-plejers, spiċċa f’passaport għall-mewt.
Mill-ewwel rapporti jirriżulta li l-ajruplan iġġarraf wara problemi tekniċi.
Kienu bosta l-plejers li esprimew id-dieqa u x-xokk tagħhom għal din l-aħbar.