Il-bank HSBC nieda numru ta’ premjijiet bil-għan li jiġu onorati il-kisbiet li qed jagħmlu għadd ta’ nisa fid-dinja tan-negozju.B’kollox se jkun hemm tliet premji – Negozjanta tas-sena, negozjanta żagħżugħa tas-sena u t-tielet premju se jkun kumpanija għall-eċċellenza, fejn dan il-premju se jmur għal dik il-kumpanija li turi kemm qed tippromwovi lin-nisa fin-negozju.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbgħatu sas-26 ta’ Novembru fuq is-sit mbwya.com.mt.
In-nominazzjonijiet se jkunu ġġudikati minn personalitajiet ewlenin fin-negozju f’Malta. Iċ-ċerimonja tar-rebbieħa ser issir fi Frar 2019.