Iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta b’kollaborazzjoni ma’ Faraxa Publishing se jniedi l-ktieb Ċiniż li ġie tradott għal-Malti ‘Għoljiet il-Qasab’, nhar il-Ħamis, 13 ta’ Lulju fis-19:00.
Dan il-ktieb, huwa l-ewwel letteratura Ċiniża għat-tfal maqluba għall-Malti minn Stephen Cachia.
Il-ktieb, li nkiteb mill-awtriċi Yin Jian Ling fl-2016; kittieba famuża Ċiniża tal-letteratura tat-tfal u membru tal-Kumitat Nazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Kittieba taċ-Ċina, tirrakkonta l-esperjenza ta’ tifel Ċiniż jismu You An fis-seklu 20.
Il-ġrajja tispjega kif tifel sfortunat li tilef lil ommu mat-twelid u għex ma’ missier trux u omm abbużiva. You An jispiċċa f’orfanatrofju amministrat minn sorijiet barranin u evantwalment jsib ruħu f’Wild Reeds Hill fejn jibda jinteressa ruħu fil-pittura u l-iskultura, minkejja diversi sfidi li jaffaċja.
L-għalliem, lekċerer, kttieb u tradditur Stephan Cachia, għamel traduzzjoni ta’ dan il-ktieb bħala parti minn proġett li kellu milll-Kunsill Nazzjonali Malti tal-Ktieb. Is-sur Cachia jagħti lekċers fil-lingwa Ċiniża u l-istorja Ċiniża fid-Dipartiment tal-Istudji tal-Lvant Nofsani u tal-Asja tal-Lvant u d-Dipartiment tal-Istorja fl-Università ta’ Malta. Huwa magħruf li ppublika l-ktieb tal-poeżija Żifef u Rwiefen flimkien mal-kittieb Patrick Sammut.
Wieħed jista’ jirriserva post billi jibgħat ittra elettronika fuq events2023ccc@gmail.com.