Fuq iniżjattiva tal-Ministeru għall-Intrapriża u l-Kamra tal-Kummerċ, flimkien mal-Uffiċċju tan-Negozji tal-Familja tnedew sensiela ta’ lecture għan-negozji tal-familja.
Dan it-taħriġ se jibda f’nofs dan ix-xahar u se jibqgħu għaddejjin sal-aħħar ta’ Lulju.
Il-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli qalet kif dawn l-intrapriżi huma fost l-akbar b’saħħithom f’pajjiżna u din hija iniżjattiva, biex tkompli ssaħħaħ dan.
Hija qalet kif bis-saħħa ta’ dan it-taħriġ, in-negozji, kemm dawk b’esperjenza u dawk li huma ġodda, ikollhom gwida fin-negozju tagħhom.
Hija semma kif it-taħriġ huwa pillastru importanti sabiex ikomplu jissaħħu.
Joe Gerada, mill-Uffiċċju tan-Negozji tal-Familja qal kif dan l-uffiċċju flimkien mas-sostenn ta’ Malta Enterprise qed tgħin in-negozji biex tassigura s-sostenn li hemm bżonn.
Qal kif dawn in-negozji baqgħu reżiljenti matul il-pandemija u issa hemm bżonn sabiex ikomplu jsaħħu. Intqal kif dan huwa l-pass ieħor ‘il quddiem għal dawn in-negozji tal-familji f’pajjiżna.
Huwa spjega kif dan it-taħriġ ser jingħata bla ħlas u se jinkludi suġġetti importanti tant għan-negozji.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb qalet kif in-negozji tal-familji huma parti sostanzjali mill-ekonomija Maltija u qalet kif din l-opportunità se tkompli ssaħħahom.