Tnieda programm mimli attivitajiet relatati ma’ Jum San Valentinu għall-gżira t’Għawdex, bl-isem ta’ ‘Inħobbok’, li se jkun mifrux bejn l-1 u s-16 ta’ Frar li ġej.
Il-programm ta’ San Valentinu f’Għawdex għal din is-sena, li tnieda mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, se jinkludi kemm tradizzjonijiet kif ukoll attrazzjonijiet ġodda maħsubin biex iferrħu lil kull min iżur il-gżira.
Bħal dejjem, San Valentinu f’Għawdex se jilħaq il-qofol tiegħu permezz ta’ kunċert spettakolari fil-qalba tal-Belt Victoria fi Pjazza Indipendenza.
Il-Ministru Camilleri qal li, biċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Valentinu, il-kalendarju kulturali u vibranti f’Għawdex jerġa’ jibda jieħu l-ħajja.
Hu spjega li l-għan ta’ dan il-programm hu li tinħoloq atmosfera unika fejn Għawdex ikun ċentru ta’ kultura u ospitalità.