Tnieda l-programm tas-sajf imfassal minn Aġenzija Żgħażagħ, li joffri numru ta’ programmi bil-għan li jħejju liż-żgħażagħ biex jiksbu diversi life skills sabiex ikunu preparati għat-tranżizzjoni tant kruċjali f’ħajjithom mill-fażi taż-żgħożija għal dik ta’ adulti.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima ħeġġeġ lill-istudenti u ż-żgħażagħ biex issa li dalwaqt deħlin il-vakanzi tas-sajf, filwaqt li jgawdu, jagħmlu wkoll użu tajjeb minn dan il-perjodu.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti saħaq dwar l-importanza li jinvestu f’dan iż-żmien – mill-fażital-età żagħżugħa għall-età adulta. Sostna li dan iż-żmien iġib miegħu diversi sfidi, iżda b’appoġġ adegwat u billi dawn iż-żgħażagħ jiġu preparati biex jiksbu ħiliet fundamentali.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma qalet lil-programm tas-sajf joffri numru ta’ programmi interattivi li ż-żgħażagħ jistgħu jipparteċipaw fihom kemm fil-postijiet li għandha l-Aġenzija fl-Imsida, Santa Venera, il-Kottonera u Għawdex, kif ukoll online.