Għal sena oħra se jerġa’ jittella l-Kunċert tal-President tal-ewwel tas-sena, iżda din is-sena b’differenza hekk kif se jsir lejliet l-ewwel tas-sena, jiġifieri fit-31 ta’ Diċembru, u mhux fl-1 ta’ Jannar. Dan bl-għan li jkunu jistgħu jitgawdew aktar ċelebrazzjonijiet wara f’lokalitajiet differenti f’pajjiżna.
Ir-repertorju tal-mużika se jkun imżewwaq b’mużika klassika kif ukoll kanzunetti minn numru ta’ musicals magħrufin mal-bosta.
F’dan il-kunċert se tkun qed tkanta s-solista Nicola Said taħt id-direzzjoni ta’ Dionysis Grammenos, Direttur mużikali ta’ fama internazzjonali u li diġa’ dderriġa l-Vienna youth orchestra.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw onlajn minn www.mcc.com.mt jew mill-uffiċji ta’ Dar il-Mediterran għall-konferenzi.