Il-fondazzjoni IDEAT fi ħdan il-Partit Laburista nediet il-kors ‘You Progress’ li se jagħti togħma żgħira tal-politika lil politiċi prospettivi.
Dan tnieda l-Ħamis, u diġà hemm kważi 50 parteċipant. Numru li mistenni jikber maż-żmien.
Il-kors idum għaddej mas-16-il ġimgħa, bil-parteċipanti jiddiskutu temi politiċi, soċjali kif ukoll ekonomiċi. Is-sessjonijiet se jitmexxu minn persuni b’ esperjenza politika u fl-oqsma varjati kollha ta’ dan is-suġġett.
Martin Mamo, Deputat Chairman ta’ din il-fondazzjoni tkellem ma’ One News u stqarr li din il-fondazzjoni qed tħarres ‘il quddiem biex tkompli tipprovdi aktar opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ għal ġenerazzjonijiet politiċi li ġejjin.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne saħaq li permezz ta’ inizjattivi bħal dawn il-Partit Laburista jista verament jkompli jikber u jkompli jsaħħaħ il-futur tiegħu.
Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-saħħa, Chris Fearne stqarr: “Jiena nemmen li l-Partit Laburista għandu ħafna ideat u ħafna enerġija u ħafna żgħażagħ illi huma kapaċi biex jkomplu jġeddu l-Partit tagħna jġeddu l-moviment tagħna. U għalhekk huwa importanti Il-fondazzjoniji IDEAT torganizza korsijiet bħal tal-illum biex jkomplu tħarreġ li żgħażagħ tagħna biex ikun politiċi tajbin biex jagħmlu l-għażliet tajbin kemm għall-Partit kif ukoll għal Pajjiż.”