F’konferneza tal-aħbarjiet f’Sant Iermu, tnieda l-Karnival tas-sajf ta’ din is sena.
Il-ħdax-il edizzjoni ta’ dan il-festival se ssir bejn is-sbatax u d-dsatax ta’ Awwissu, bl-ewwel jumejn, jiġifieri l-Ġimgħa u s-Sibt, il-Karnival se jsir f’Buġibba u fl-aħħar jum, jiġifieri l-Ħadd, il-Karnival jinżel lejn Marsaskala.
Jason Busuttil, id-direttur artistiku, spjega li dan se jsir bil-parteċipazzjoni ta’ 15-il karru, tnejn minnhom minn Għawdex, u għaxar skejjel ta’ żfin.