Għas-seba’ sena konsekuttiva, tnieda l-Beland Music Festival.
Opportunità eċċellenti biex artisti u bands lokali jippromwovu u juru t-talent tagħhom.
Dan stqarru l-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici li fisser kif dan huwa wkoll wieħed mill-festivals li qiegħed jibbenefika mill-Cultural Partnership Agreement fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti.
Dan permezz ta’ ftehim li qiegħed jgħin għas-sostenibbiltà, kontinwazzjoni u professjonalizzazzjoni ta’ dan il-festival.
Il-Ministru Bonnici stqarr li din l-attività hija possibli permezz tal-ħidma ta’ aktar minn mitt voluntier li jiddeddikaw ħinhom biex joħolqu dan il-festival, li jittella’ fuq tliet ijiem.
Fost l-artisti li ser jieħdu sehem hem The Travellers, id-DJs Ruby u Ziggy, kif ukoll Kapitlu13 bis-sapport ta’ Marmalja.
Il-Beland Music Festival se jittella’ fil-Pjazza tas-Suq fiż-Żejtun fi tmiem il-ġimgħa, mit-tmienja ta’ filgħaxija ‘il quddiem.