Tnieda kunċert bl-isem ta’ ‘Kuraġġ’, li d-dħul minnu se jmur b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
Il-kunċert, li hu ispirat minn stejjer vera, se jgħaqqad l-ispettaklu bil-mużika mal-esperjenzi ta’ tama u kuraġġ tal-persuni f’pajjiżna li ġġieldu u rebħu fuq l-esperjenzi diffiċli tal-mard, partikolarment il-kanċer.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ San Anton, il-President Myriam Spiteri Debono stqarret li l-kura onkoloġika ġġib magħha ħafna tbatijiet, iżda fakkret li hemm ukoll raġġ ta’ tama għall-pazjenti.
L-avveniment, li se jsir fit-Teatru Salesjan fit-8 u l-10 ta’ Novembru li ġejjin, se jiġbor talenti lokali, bħall-Big Band Brothers, Ira Losco, in-New Victorians, Gianluca Bezzina, MARA, Pamela Bezzina, u ħafna aktar.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit showshappening.com.