Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda r-raba’ ktieb mis-sensiela “Għamlulna Ġieħ”
Ħabbar dan il-Ministeru fi stqarrija hekk kif spjega li l-ktieb huwa ddedikat lil Klement Tabone. Pesunaġġ li għex fis-seklu sittax u anke sbatax.
Is-sensiela ta’ kotba hija mmexxija ‘il quddiem mill-għaqda “Wirt iż-Żejtun” u dan il-ktieb bħat-tlieta ta’ qablu kompla jwassal l-għarfien dwar persunaġġ ieħor miż-Żejtun li għamel ġieħ lil raħal twelidu.
Fil-fatt f’dan il-ktieb ġew riprodotti żewġ artikli li kien kiteb dwar il-familja Tabone u l-Knisja ta’ San Klement, il-Kanonku Dun Joe Abela.
Id-dettalji dwar il-ħajja u l-istorja ta’ dan il-personaġġ setgħu jiġi inklużi f’dan il-ktieb wara riċerka dettaljata mmens minn Dr Anton Bugeja.
Fit-tnedija ta’ dan il-ktieb il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonniċi qal: “Kemm inħossni onorat li għandi din l-opportunità biex inniedi dan il-ktejjeb dwar persunaġġ Żejtuni. Dan il-ktieb huwa mimli informazzjoni ddettaljata b’mod li ma jħallikx titlaq il-ktieb minn idek qabel ma taqra l-aħħar paġna. Tabone ġej minn familja tat-tajjeb li għexet f’Casal Pasqualino u barra l-ġid li ħallew u li għamlu, ħallew ukoll isimhom minqux fl-istorja ta’ beltna u ta’ pajjiżna. Is-sens ċiviku u l-lealtà ta’ dan il-bniedem lejn pajjiżu għandu jkun ta’ eżempju li fuqu jimxi kull ċittadin.”
Dan il-ktieb qiegħed jiġi ppubblikat f’għeluq l-għaxar snin mit-twaqqif ta’ Wirt iż-Żejtun bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.