Tnediet magna ġdida bl-isem ta’ ‘Brain Lab’ biex tassisti lill-kirurgi f’każ ta’ tumur fir-ras. Din il-magna ammontat għal €350,000 u ġiet imħalsa minn fondi tal-Gvern.
Dan l-apparat qed ikompli jżid l-infrastruttura u t-teknoloġija tal-isptar Mater Dei, sabiex ikun jista’ jikkompeti ma’ sptarijiet oħra madwar id-dinja. Sa ftit żmien ilu din il-magna kienet għadha ħolma li tidher fuq il-kotba iżda issa saret realtá, sostna l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Il-kirurgu ta’ fama internazzjonali, Dr.Ludwic Zrinzo, sostna li permezz ta’ din il-magna t-tumur jista’ jiġi identifikat b’mod aktar preċiż u tħalli inqas ħsara fuq il-pazjent meta ssir il-fetħa.
Is-sistema taħdem b’tip ta’ sensors li huma kameras li jintużaw biex jiġi ddentifikat it-tumur f’moħħ il-pazjent. S’issa f’pajjiżna għamlu użu minn din is-sistema madwar 30 pazjent.
Dan qed ikompli nnaqas l-iskariġġ ta’ pazjenti li flok jmorru barra minn Malta għal operazzjoni din tista ssir Malta.