Qattus tar-razza Persian spiċċa jġorr 2kg ta’ pil mgħaqqad żejjed, dan hekk kif sidu ma kienx jieħu ħsiebu u qatt ma ħadu għand ‘groomer’ f’Chicago.
Kif wasal fis-santwarju tal-annimali, il-membri tas-santwarji ħadu qata kif raw li l-ammont ta’ suf li kellu Sinbad kien wieħed allarmanti. Fejn minħabba l-għoqidi bilkemm seta’ jiċċaqlaq.
Minħabba l-kundizzjoni li kien fiha, Sinbad tilef l-abbiltà li juża saqajh ta’ wara, iżda qatt ma qata’ qalbu!
Il-persuna li ddeċieda li jieħu lil Sinbad għall-kura wara li sabu f’dik il-kundizzjoni kien l-istess persuna li spiċċa addottah. Sinbad irċieva t-trattament li kellu bżonn, neħħewlu s-suf żejjed li beda jwaqqfu milli jiċċaqlaq u rċieva l-imħabba li dejjem xtaq li jkollu.