L-ittri sinonimi ma’ bosta turisti li jżuru Amsterdam, ‘I amsterdam’, tneħħew minn Museumplein.Dawn tneħħew dalgħodu wara li saret proposta biex jitneħħew minn GroenLinks, l-akbar partit fil-kapital Olandiża. Skond dan il-partit, l-islogan sar sinonimu ferm u attrazzjoni mill-ikbar mat-turisti. Minkejja l-kritika qawwija li rċevew, din il-proposta ntlaqgħet mill-maġġoranza fil-kunsill.
L-ittri tneħħew u se jkunu qed imorru fuq ‘tour’ fejn se jżuru numru ta’ avvenimenti.
Jekk forsi kont bi ħsiebek tmur u tieħu xi ritratt mal-ittri, xorta għadek fiċ-ċans hekk kif tista’ ssib ‘I amsterdam’ f’diversi żoni oħra fil-belt fosthom f’Nieuw-West u Zuidoost.