Tneħħew it-trailers li kienu abbandunati jew ipparkjati illegalment fiż-Żona Industrijali ta’ Kordin.
F’kitba fuq Facebook il-Ministru għat-Trasport Chris Bonnett qal kif ix-xogħolsar mill-uffiċjali ta’ Transport Malta u bil-koperazzjoni tas-sidien.
Spjega li l-ħidma mhux se tieqaf hawn, hekk kif Transport Malta issa qed tiffoka fuq l-infurzar f’żoni oħra, fosthom Ħal Qormi, Ta’ Qali, u Ħal Far, li bħalissa fihom jinsabu għadd ta’ trailers abbandunati.
