Il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern ħabbret li minn nofsillejl ħin lokali, ir-restrizzjonijiet kollha tal-pajjiż ser jitwaqqfu għajr għall-fruntieri, li dawk ser jibqgħu magħluqa.
Dan wara li fl-aħħar ġimgħatejn ma feġġew l-ebda każijiet fil-pajjiż.
Ardern tenniet li d-distanza soċjali ma għadhiex obbligatorja u mhux ser ikun hemm limitu fuq attivitajiet tal-massa.
Il-Prim Ministru ta’ New Zealand tenniet li l-isforz kollettiv bħala pajjiż wassal għal dan il-mument iżda xorta waħda appellat għal kawtela.