Ġurnata importanti għall-futbol lokali hekk kif tneħħew l-parametri fuq il-plejers li jkun spiċċalhom il-kuntratt. Dan ġie deċiż ilbieraħ waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Malta Football Association.
Din id-deċiżjoni tfisser li kemm plejers professjonali kif ukoll dawk amateur jistgħu jiċċaqalqu minn klabb għal ieħor fit-tmiem il-kuntratt b’mod liberu. Anke l-kumpens li kien jitħallas bejn nursery u oħra meta t-tfal jibdlu n-nursery ser jispiċċa.
Waqt il-laqgħa tal-lum sar magħruf ukoll li kull trasferiment internazzjonali ta’ plejers irid jiġi rreġistrat f’sistema tal-FIFA magħrufa bħala Transfer Matching System (TMS).