Mużew Bibliku fl-Amerka neħħew frammenti mill-esebizzjoni li kienu jitqiesu bħala parti minn dawk li huma magħrufa bħala ‘Dead Sea Scrolls’ wara li testijiet wrew li dawn kienu foloz.
Il-Mużew Bibliku f’ Washington DC baghat 5 minn 16-il framment għall-analiżi fil-Ġermanja.
Dan il-mużew infetaħ mill-biljunarju Steve Green fl-2017 u sewa 500 miljun dollaru.
L-ewwel skrolli kienu nstabu f’għerien fil-Qumran ħdejn il-baħar mejjet fl-1947. Dawn kienu rrapurtati minn bedwin żagħżugħ wara li mar ifittex in-nagħag tiegħu li ntiliflu.