Uffiċjali tal-ambjent fi ħdan Ambjent Malta għamlu tindifa f’Wied il-Qlejgħa, sabiex jitneħħew erba’ papri mejta li tpoġġew b’mod illegali fil-wied.
Minn fuq il-post tneħħa skart ieħor fosthom plastik, li kien qed jakkumula f’qiegħ l-ilma.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-midja soċjali l-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia appella biex il-pubbliku jkun aktar responsabbli sabiex nipproteġu b’mod partikolari l-bijodiversità u nħawi sensittivi bħal dawn.