Fl-aħħar ġimgħat tneħħew għadd ta’ strutturi li nbnew mingħajr permess.
Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar spjegat li binja li nbniet madwar 40 sena ilu viċin it-Tempji ta’ Ħaġar Qim twaqqgħet.
Din kienet ilha b’ordni ta’ infurzar mill-1990.
L-istruttura li kien fiha aktar minn minn 120 metru kwadru twaqqgħet biex b’hekk is-sit treġġa’ għall-istat oriġinali tiegħu.
Fil-Qrendi wkoll, twaqqgħu numru ta’ kmamar oħra li, nbnew bla permess riċentament.
Intant fix-xatt tax-Xlendi Għawdex, tneħħiet tinda li kienet ma’ faċċata ta’ ristorant. Flimkien mat-tinda tneħħew ukoll tabelli, l-imwejjed u s-siġġijiet.
F’Wied il-Għasel, limiti tal-Mosta, tneħħew id-diversi karozzi u makkinarji li ġew abbandunati.
Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar qalet illi n-numru ta’ avviżi ta’ infurzar għal din is-sena naqqsu b’wieħed u sittin fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.