- “Il-kuntratturi għandhom ilestu fil-ħin ix-xogħlijiet”
Il-kuntratturi għandhom ilestu fil-ħin ix-xogħlijiet li qed jagħmu fid-daħla tal-Belt Valletta u jirrispettaw l-obbligi tagħhom fuq it-tenders li ngħataw lilhom.
Qal dan il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ta rendikont tax-xogħlijiet li saru u oġrajn li jinsabu fil-proċess.
Il-Ministru qal li b’kollox tneħħew tlettax – il gabbana li bejniethom iġġeneraw mal-190 tunellata ta’ skart f’dak li hu materjal ta’ kostruzzjoni, u dan l-iskart ġie sseparat fuq il-post. Dan ix-xogħol qed isir matul il-lejl biex ma jinħoloqx inkonvinjent għal-eluf ta’ persuni li kuljum jgħaddu mill-belt.
Minbarra dan tlesta ix-xogħol fuq il-foss ta’ taħt id-daħla tal-Belt li kien jinkludi restawr estensiv fuq il-pont antik tal-ferrovija u restawr tal-pont prinċipali li jagħti għal Belt Valletta.
Il-Ministru Mizzi qal li matul dawn l-aħħar xhur, il-Gvern kien involut f’negozjati kumplessi dwar il-funtana Tritoni, b’dawn iwasslu għal kuntratt bejn il-Gvern u kumpanija privata. Sa issa iżarmaw l-istatwi tal-bronż u qed isiru l-arranġamenti ma’ kumpanija Taljana biex tibgħat trailer f’Malta biex jittrasporta l-bronż lejn fonderija fl-Italja biex hemm jibda jsirilhom l-intervent meħtieġ.
Xogħlijiet oħra li sar fil-Belt Valletta kienet ir-roundabout il-ġdida sabiex it-traffiku jimxi aħjar, inbidlet l-bankina ta’ fejn lukanda ewlenija, filwaqt li ghaddej xcogħol fuq iz-żona ta’ taxis.
Il-Ministru Joe Mizzi qal li dawn huma fost ix-xogħlijiet li saru f’din iż-żona, f’temp ta ‘ ftit xhur biss, meta kkumparat ma telqa totali li Gvern Nazzjonalista li dam ikarkar biex jagħmel proġetti fil-Belt Valletta, tant li kellu jkun dan il-gvern biex iwettaqhom.
Mizzi assigura li l-problema ta’ qtugħ ta’ dawl u tiswijiet minħabba xogħlijiet li qed isiru se jingħataw l-importanza meħtieġa, bil-GHRC qiegħda tinnegozja ftehim mal-Enemalta biex isir ‘service level agreement’ bejn iż-żewġ entitajiet ħalli tindirizza din il-problema ta’ tiswijiet u bdil ta’ dwal fi żmien relattivament qasir.