F’sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali kien deċiż li isem Emanuel Camilleri, għal xi żmien arrestat għax instab ħati abbuża minn bintu, jitneħħa mir-reġistru tal-pedofeli. Il-każ ta’ Emanuel Camilleri ddomina għal xhur f’pajjiżna meta kienu nibtu suspetti li kien qiegħed il-ħabs għal xejn. Wara li nħareġ mill-ħabs u ttieħdu proċeduri fil-konfront tal-eks martu u bintu, hu u l-avukati tiegħu ħadu numru ta’ proċeduri legali fosthom il-kawża konstituzzjonali kontra l-ispettur Louise Calleja u l-Kummissarju tal-Pulizija.
F’dan il-każ il-Qori ddikjarat li s-sejbien ta’ ħtija kien imsejjes fuq xhieda li ma kenitx minnha u għalhekk tħassru s-sentenzi li tefgħu lil Camilleri l-ħabs.
Fir-ritratt Camilleri jidher mal-avukat tiegħu