Bħalissa għaddejja ħidma minn ambjent Malta u l-Wasteserv b’kordinament mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin fil-Wied tal-Mselliet fl-Imġarr, fejn qed jitneħħa ammont konsiderevoli ta’ materjal ta’ kostruzzjoni inkluż ġebel, briks, terrapien u oġġetti oħra.
Il-Ministru Jose Herrera qal kif l-azzjonijiet li qed jittieħdu huma xprunati mill-impenn tal-Ministeru kontra l-qerda tal-pajsaġġi u l-ambjent ta’ pajjiżna.
Huqwa żied jgħid li mhux aċċettabli li l-widien u l-ispazji naturali jispiċċaw mimlija skart ta’ kull tip.
Saħaq li l-ERA ser tkompli tinvestiga dan il-każ biex jiġi stabbilit min wettaq dan l-isfreġju.