Fi Sqallija tneħħa l-obbligu li persuna toqgħod kwarantina meta tkun ġejja minn pajjiżna. L-obbligu tal-kwarantina tneħħa minn fuq persuni li jidħlu fi Sqallija minn Malta, jew mill-Kroazja, Spanja u l-Greċja.
Dan permezz ta’ liġi ffirmata mill-Gvernatur ta’ Sqallija Nello Musumeci. Madankollu, persuni li jkunu deħlin minn pajjiżna, fost lista ta’ pajjiżi oħra, ikunu mitluba jippreżentaw riżultat negattiv għall-Covid-19.