L-ilma mbierek qed jitneħħa mill-Knejjes ta’ Malta u Għawdex wara li l-awtoritajiet tas-saħħa infurmaw lill-Kurja Maltija sabiex tagħmel dan minħabba l-COVID-19.
L-Arċipriet u l-Kappillani kollha ngħatalhom struzzjonijiet sabiex ineħħu l-ilma mbierek mill-fonti b’ċirkulari mibgħuta lilhom it-Tnejn.
Ftit tal-ġimgħat ilu l-Knisja ħabbret ukoll li minħabba t-tixrid tal-marda tal-COVID-19 it-tqarbin irid isir fuq l-idejn u mhux fil-ħalq.