Owen Schembri, wieħed miż-żewġ ġuvintur mixlija bil-qtil ta’ Saviour Gaffarena wara sparatura fl-Imqabba kellu l-ammont mitlub mill-qorti f’depożitu għall-ħelsien mill-arrest imnaqqas.
Huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest f’Diċembru li għadda b’depożitu ta’ €15,000 u garanzija personali ta’ €35,000. Madankollu, huwa ma setax iħallas dawn l-ammonti.
F’digriet mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera id-depożitu kien imnaqqas għal €3,000. Din id-deċiżjoni wasslet wara li d-difiża kienet argumentat li l-ammont oriġinarjament mitlub ma kienx jirrifletti r-realtà tas-sitwazzjoni hekk kif il-ġuvni kien joqgħod man-nanna u ma jaħdimx.