Tnaddaf kompletament il-kliem li nkiteb fuq il-pavimentar fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli. Dan wara li l-ġimgħa l-oħra sar att ta’ vandaliżmu fejn inkitbu l-kliem “Panathinaikos – Athens” – tim tal-futbol Grieg.
Is-Sindku ta’ Ħad-Dingli, Sandro Azzoaprdi ikkundanna l-att ta’ vandaliżmu u qal li se jkun qed jitnaddaf kemm jista’ jkun malajr. Infatti hekk sar u llum ħaddiema mill-Ministeru tal-Infrastruttura, t-Trasport u Proġetti Kapitali għamlu dan ix-xogħol ta’ tindif.