“Nispera li kellek lejl tajjeb għax binti ma kelliex. Mhix kwistjoni dwar kuruna iżda dwar kif tfajla ġiet iddimoralizzata.”
Hekk allegat omm tfajla Maltija li lbieraħ tħabbret bħala rebbieħa waqt xow tas-sbuħija iżda wara li spiċċa kollox, l-istess tfajla ġiet avviċinata mill-organizzaturi biex tirritorna l-kuruna u t-trofew lura għand tfajla oħra hekk kif kien sar żball fl-għadd tal-voti.
Spjegat kif din hi xi ħaġa inaċċettabbli u kif l-organizzatur missu ħa ħsieb li l-ġurat kien moħħu hemm u mhux beda jpaċapaċ man-nies, minkejja li mhux sippost, fejn spiċċa eventwalment ħa żball.
L-istess omm allegat li bintha ġiet mgħarrfa dwar dan l-iżball aktar minn siegħa wara li tħabbru r-riżultati u kif l-organizzatur misshu jistħi li ħalal xi ħaġa bħal din isseħħ.