L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ttermina l-kuntratt tax-xogħol, b’effett immedjat ta’ membru tal-istaff tiegħu wara li saru allegazzjonijiet u ngħatat informazzjoni li tindika li din il-persuna setgħet talbet jew ħadet flus minn persuna oħra.
Il-Pulizija ntalbet minnufih tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet.