Il-Ministru għall-Ambjent, l-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima José Herrera talab lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex tirrevedi l-Politika attwali dwar il-pompi tal-Fjuwil
tal-2015 u tipproponi dawk ir-reviżjonijiet lill-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Il-Ministru jtenni li l-intenzjoni pożittiva tal-politika attwali, hija dik li tqiegħed is-saħħa tal-bniedem l-ewwel permezz tar-rilokazzjoni mill-ġdid tal-pompi tal-Fjuwil ‘il bogħod miż-żoni residenzjali. Madankollu, is-sitwazzjoni attwali għandha titqiegħed fil-perspettiva u żied jgħid li jemmen li din il-pożizzjoni trid terġa’ tiġi ndirizzata tant li fehem it-tħassib sinifikanti mill-eNGO’s dwar l-impatt ambjentali.
Il-Ministru Herrera talab lill-Bord tal-ERA biex jirrevedi l-Politika attwali dwar il-pompi tal-Fjuwil fix-xahrejn li ġejjin u tipproponi dawk ir-reviżjonijiet li jidhrilha li huma xierqa biex jirriflettu l-isfidi eżistenti bħal fir-rigward agrikolu u ekoloġiku. Dawn il-bidliet għandhom ikunu kkomunikati miż-żewġ rappreżentanti tal-ERA fil-Kunsill Eżekuttiv.