Il-President Amerikan Donald Trump jidher li talab l-għajnuna tal-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison biex ixekkel l-inkjesta li bħalissa għaddejja dwar allegat indħil mir-Russja fl-elezzjoni presidenzjali tal-2016. Il-Gvern Taljan ikkonferma li t-talba saret b’telefonata mill-Istati Uniti, bil-Prim Ministru Taljan jaċċetta t-talba ta’ Trump.
Din hija l-aħħar żvolta fil-kontroversja li nqabad fiha l-President Amerikan wara li l-ġimgħa l-oħra ħarġu fil-beraħ dettalji ta’ allegat pressjoni li Trump għamel fuq l-Ukrajna biex ikun investigat l-avversarju politiku tiegħu Joe Biden.
Ritratt: BBC News