Is-Sur Keith Grima infurmana li sar kuntatt mal-familja (minn naħa tal-AAA) li adottat il-kelb u rringrazzja lill-AAA mhux biss għall-assistenza f’dan il-każ iżda wkoll għall-ħidma li l-AAA tgħamel mal-klieb abbandunati. Filwaqt li xtaq jiċċara li ma kienx hu li xtaq li l-appell li deher f’paġna fuq facebook, b’iktar minn 30,000 persuna membri fiha, jidher fuq one.com.mt reġa’ ħa l-okkażjoni biex ifaħħar lill-AAA għall-ħidma bla waqfien.
“Nirringrazzja lil Alla tal-għajnuna tagħhom,” temm jikteb is-Sur Grima.