Raġel ta’ 37 sena inżamm arrestat wara li fil-qorti wieġeb ħati li kkommetta serq ta’ aktar minn 2,300 ewro, u li kien riċediv minħabba li kiser il-kondizzjonijiet imposti fuqu f’żewġ sentenzi separati mogħtija lilu mill-Maġistrati Anthony Vella u Natasha Galea Sciberras.
Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, f’każin li jinsab fi Triq il-Kbira r-Rabat.
L-imputat li uża kliem oxxen fil-konfront tal-ġurnalisti hu u dieħel l-għatba tal-Qorti talab lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabiex ismu ma jixxandarx fuq il-media minħabba li uliedu kienu qed jiġu bbuljati minn tfal oħra kawża tal-atteġjamenti tiegħu.
Minkejja li l-Maġistrat laqgħat it-talba tal-akkużat għall-aħjar interess ta’ uliedu, lanqas laħqu għaddew ħames minuti, li l-imputat ma reġgħax ġab ruħu b’mod arroganti-din id-darba b’mossi dispreġġjattivi lejn il-krew tal-media.