Tlestew ix-xogħlijiet fuq Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija u Triq il-Belt Valletta, żewġ toroq arterjali fl-Imqabba.
Ix-xogħol sar b’investiment totali ta’ żewġ miljun u nofs ewro.
Fi Triq il-Belt Valletta issa hemm passaġġ għall-mixi ta’ seba’ mija u ħamsin metru.
Fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija issa hemm roundabout f’salib it-toroq fost miżuri oħra li jgħinu fit-tnaqqis tat-traffiku.
Il-Ministru Ian Borg semma wkoll investiment biex tkompli tisebbaħ iż-żona billi tħawlu aktar minn elf u sitt mitt siġra, arbuxelli u pjanti oħra.
Is-Sindku tal-Imqabba Omar Farrugia qal li dawn iż-żewġ toroq prinċipali mill-isbaħ fl-Imqabba huma biss tnejn minn sensiela ta’ investimenti infrastrutturali li saru f’dawn l-aħħar sentejn.