L-aġenzija Infrastructure Malta lestiet ix-xogħlijiet ta’ emerġenza fuq il-flyover tal-Marsa.
Dan tħabbar f’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tal-aġenzija, fejn intqal li din it-triq se terġa’ tinfetaħ għan-normal fis-sigħat li ġejjin.
Dan ix-xogħol inkluda li jingħata wiċċ ġdid lill-300 metru ta’ din il-flyover, li minn Triq Garibaldi tagħti għal Triq Aldo Moro.
Dawn ix-xogħlijiet saru wara li lbieraħ filgħodu nxtered mal-200 litru ta’ żejt tal-ikel. B’dan wassal biex it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku hekk kif ma kinitx sigura għas-sewwieqa.
Din il-ħidma bdiet għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ dalgħodu, fejn tneħħa l-asfalt li kien hemm u tqiegħed asfalt ġdid.