Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi lesta xogħol ta’ manutenzjoni fuq iċ-ċint fi Triq il-Panarama, fil-limiti ta’ Wied iż-Żurrieq – żona li tkun iffrekwentata minn bosta, b’mod speċjali filgħaxijiet.
Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia, f’kibta fuq il-midja soċjali.
Is-Segretarju Parlamentari Farrugia tenna li dan ix-xogħol seħħ wara inċident ftit tal-ġimgħat ilu u d-Dipartiment indirizza din il-problema.
Omar Farrugia rringrazzja lis-Sindku tal-Qrendi David Michael Schembri u l-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalità għall-kollaborazzjoni sħiħa tagħhom.