Wasal fi tmiemu x-xogħol ta’ riġenerazzjoni f’Wied Għajn Riħana f’Burmarrad, fejn Project Green wettqet xogħol estensiv sabiex tikkumbatti l-għargħar u jitjieb l-aċċess sigur għall-bdiewa u l-viżitaturi f’dan il-wied.
Waqt żjara fuq il-post mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli, ġie spjetat li wara li l-wied tnaddaf minn madwar tliet tunnellati ta’ skart, inbnew mill-ġdid il-ħitan tas-sejjieħ u ġew installati gradi u lqugħ tal-injam. Dan sar bil-għan li titnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija u jitjieb l-aċċess għall-bdiewa.
F’din ir-riġenerazzjoni sar it-tħawwil ta’ siġar u arbuxelli li jammontaw għal 1,400.
Joseph Borda, Senior Project Manager ta’ Project Green iddeskriva x-xogħol bħala wieħed li se jtejjeb l-ambjent lokali.
“Dan kollu sar biex post ieħor addizzjonali fejn wieħed jista jiġi mal-familja u jiġi jżuru apparti, li anki għal min qed juża l-post bħala bdiewa ukoll. Għamilnilhom it-toroq kemm jista’ jkun aċċessibli għax hawnhekk ma kienx aċċessibbli.”
Joseph Borda – Senior Project Manager ta’ Project Green
Il-Ministru Miriam Dalli qalet li dan il-proġett huwa mudell ta’ kif is-sostenibbiltà, l-agrikoltura u r-rikreazzjoni jistgħu jimxu id f’id.