Fix-xhur li għaddew, il-periti ta’ Transport Malta fasslu disinn ġdid għall-kisra bejn Triq tal-Barrani ma’ Triq Ħal Tarxien, lejn Ħal Għaxaq u l-Gudja, sabiex jittaffew id-diffikultajiet li tikkawża din il-ħolqa lil dawk li jivvjaġġaw f’din it-triq arterjali minn u lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta.
Qabel il-karozzi li kienu ġejjin mill-Gudja u Ħal-Għaxaq u li jkunu sejrin lejn Santa Luċija minn tal-Barrani kienu jeħlu fit-traffic lights wara min ikun sejjer Bir id-Deheb, minkejja li d-dawl ikun aħdar. L-inġinier Robert Schembri spjega kif din il-problema ġiet indirizzata.
“ISSA ĦLOQNA LANE DEDIKATA GĦAL MIN ĠEJ MIN GĦAXAQ U GUDJA ILLI JEKK IL-LIGHTS IKUNU ĦODOR F’DIK IL LINJA TISTA TIBQA GHADDEJ GĦAL SANTA LUĊIJA”
L-istess sar fid-direzzjoni opposta, għal min ġej minn Bir id-Deheb biex jidħol għal Ħal-Għaxaq u l-Gudja.
“QABEL KIEN JISTENNA WARA MIN SEJJER DRITT LEJN SANTA LUĊIJA, IŻDA ISSA HEMM LANE DEDIKATA LI META TKUN ĦADRA TISTA TGĦADDI DRITT GĦALL-GUDJA U ĦAL-GĦAXAQ”
Id-disinn ġdid jinkludi żewġ korsiji ġodda, li nbnew f’Ġunju u nfetħu għall-vetturi fil-jiem li għaddew. Fl-istess waqt, Transport Malta tejbet ukoll id-disinn tal-korsiji ta’ din il-junction, sabiex ikunu aktar sikuri. Sar ukoll titjib fl-ipprogrammar u l-kordinazzjoni tat-traffic lights f’din il-junction sabiex jonqos il-ħin ta’ stennija f’kull direzzjoni.
Ix-xogħol fi Triq tal-Barrani huwa wieħed minn għadd ta’ interventi li l-Gvern qed iwettaq dan is-sajf, fi żmien ta’ btajjel, sabiex ikompli jnaqqas id-diffikultajiet fl-ivvjaġġar fit-toroq f’Malta u Għawdex.
“Il-BENEFIĊĊJI TA’ DIN IL-JUNCTION, BĦAL INTERVENTI OĦRAJN LI GĦAMILNA F’JUNCTIONS OĦRAJN HUWA ILLI S-SEWWIEQ INAQQAS IL-ĦIN BIEX HUWA JISTA ISUQ MINN POST GĦALL-IEĦOR”