Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri inawgura l-proġett ta’ restawr tal-Għajn ta’ Bendu, sit storiku li jinsab proprju faċċata tal-Għajn il-Kbira fi Pjazza l-Għejjun, il-Fontana.
s-sena l-oħra waqgħet parti mis-saqaf ta’ dan is-sit u bħala prekawzjoni ngħalaq minnufih għall-pubbliku. Fl-istess ħin il-Kunsill Lokali tal-Fontana daħħal applikazzjoni t’emerġenza lill-Awtoritajiet tal-Ippjanar sabiex isir xogħol ta’ tiswija.
Ix-xogħol kollu sar mit-Taqsima tar-Restawr tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan Ministeru għal Għawdex.
Il-Ministru Camilleri stqarr li “Kommessi li nkomplu ninvestu fil-wirt kulturali tagħna għaliex dan huwa wirt missirijietna li jagħmilna dak li aħna llum u jagħtina identità. Fuq kollox l-esperjenza wrietna li kemm in-nies lokali, l-Għawdxin u r-residenti kif ukoll dawk li jżuruna japprezzaw il-wirt tanġibbli li għandna fil-Gżira ta’ Għawdex. Xhieda ta’ dan huwa l-premju tar-Regiostars li rebħet iċ-Ċittadella ftit tal-ġimgħat ilu.”
Ritratti: MGOZ