Dalgħodu ġie inawgurat ir-restawr tal-faċċata tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Dan sar wara 4 snin ta’ ħidma u b’investiment ta’ €660,000.
Fl-inawgurazzjoni tkellmu l-Ministru Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u c-Chairman ta V18 Jason Micallef li wkolll laqaw it-tmiem ta’ dan il-proġett propju fil-ġimgħa li fiha ser jingħata bidu għall-festi tal-Valletta 2018.
Jason Micallef tkellem dwar il-wirja spettakolari bl-isem 2018 li ser tittella’ fil-pjazza ta’ quddiem il-kon-katidral fejn se tinawgura dan ir-restawr ta’ gojjell fil-qalba tal-Belt Valletta. Il-president tal-fondazzjoni tal-Kon-Katidral, Wilfrid Buttigieg sostna kif sa sentejn oħra l-blokka kollha tal-Kon-Katidral ser tkun mixgħula bl-istess stil ta’ dawl sabiex ikun hemm sens ta’ unita.