Tlesta r-rapport finali tal-Inkjesta Pubblika b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Fi starrija ntqal li r-rapport finali se jkun ippreżentat lill-Prim Ministru nhar l-Erbgħa 28 ta` Frar 2024 fl-10.00 a.m. fil-Berġa ta` Kastilja.
Intqal ukolll kif dakinhar stess, il-Bord se jgħaddi kopja tar-rapport finali lill-familja ta` Jean Paul Sofia.
L-inkjesta amministrattiva, skont l-Att tal-Inkjesti, fil-każ Jean Paul Sofia bdiet nhar il-Ħamis 10 ta’ Awwissu, f’awla numru 22 tal-Qorti.
Din l-inkjesta kienet tħabbret mill-Prim Ministru Robert Abela u se tmexxiet mill-Ombudsman, l-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon, flimkien mal-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, u l-Perit Mario Cassar.
Fit-Termini ta’ Referenza li kien ħabbar il-Gvern, kellha tkun mistħarrġa jekk l-allokazzjoni tal-art minn entitajiet tal-Gvern saritx skont il-liġi u ssemma wkoll li għandu jkun investigat jekk hemmx rabta bejn l-allokazzjoni tal-art, it-tiġrif tal-binja u l-konsegwenzi tagħha.
Jean Paul Sofia miet fit-3 ta’ Diċembru tal-2022 meta ġġarrfet binja fil-Qasam Industrijali ta’ Kordin.
Ftit wara li tħabbret l-Inkjesta Pubblika, kienet tlestiet ukoll l-inkjesta Maġisterjali li saret mill-Maġistrat Marseanne Farrugia u ġew imressqa ħames persuni l-Qorti dwar dan il-każ.