Il-Gvern qed iżomm l-impenn tiegħu biex jibni konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex.
Il-mudell ġeoloġiku ta’ taħt il-baħar fiż-żona ta’ interess tlesta, u matul ix-xahar li għadda kien sar seminar bil-għan li jkunu spjegati s-sejbiet minn dawn l-investigazzjonijiet.
Dawn l-istudji se jiffurmaw il-bażi għad-disinn tal-mina.