Tlesta xogħol fuq erba’ toroq residenzjali f’Santa Luċija. L-aġenzija Infrastructue Malta ħabbret fuq il-midja soċjali li tlesta l-bini mill-ġdida fuq Triq Gjanċinti, Triq Vjoli, Triq Stella Maris u Triq Petunja f’din il-lokalità fin-Nofsinhar tal-pajjiż.
Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq kien jinkludi l-bini mill-ġdid tal-bankini għal aċċess aħjar bil-mixi, servizzi ġodda ta’ telekomunikazzjoni u titjib tal-konnessjonijiet tal-ilma għal provvista affidabbli, fost oħrajn.