Żagħzugħ ta’ ħamsa u għoxrin sena li f’Ottubru ta’ ħames snin ndarab gravi f’inċident tat-traffiku fit-Triq tas-Saqqajja fir-Rabat, rebaħ kumpens għad-danni ta’ aktar minn tnejn u tlefin elf ewro.
Daniel Caruana Lupi, li dak iż-żmien kellu għoxrin sena, spiċċa b’diżabbiltà ta’ sebgħa fil-mija wara li kien passiġġier fuq wara ta’ karozza misjuqa minn Francesca Tonna li ħabtet ma’ roundabout u baqgħet dieħla f’bażi tal-konkrit ta’ billboard.
It-tfajla qalet li ma kellhiex tinżamm responsabbli għax fin-niżla ma ħadmux il-brejkijiet fil-mument li kienet waslet mar-roundabout. Żiedet tgħid li l-vittma kkontribwixxa wkoll għad-danni li ġarrab għax ma kienx liebes iċ-ċintorin tas-sigurtà.
Fil-Qorti ħareġ li t-tfajla kienet nieżla n-niżla bil-free, bil-Qorti ssostni li dan mhux mod ta’ kif issuq bih f’niżla twila bħal tas-Saqqajja
Qalet li l-brakes ma żammewx għax bil-mod kif kienet nieżla free bil-vettura tagħha meta kienet għadha kif għamlet l-ewwel xita, hija kienet qiegħda ssuq b’mod traskurat. Qalet li l-veloċità eċċessiva kienet proprju l-kaġun tal-inċident.
Bis-sentenza tal-qorti ssibha ħatja tal-inċident, is-sewwieqa trid tagħmel tajjeb għad-danni li ġarrab Daniel. Madankollu, il-qorti qieset ukoll li kieku ż-żagżugż kien liebes is-seat belt, il-feriti li ġarrab kienu jkunu ta’ intensità inferjuri u għalhekk ikkonkludiet li d-dianni fl-ammont ta’ €64,512, għandhom jitnaqqsu bin-nofs.