Roderick Vella, li kien instab ħati li pprostitwixxa lit-tfajla tiegħu u kien ġie kkundannat ħmistax-il xahar ħabs tilef l-appell dwar dan il-każ.
Dan il-każ imur lura għal Lulju tal-elfejn u ħdax fejn Vella kien ġiegħel lill-eks sieħba tiegħu tagħmilha ta’ prostituta u għex minn fuq il-qligħ tagħha.
Fl-elfejn u tnax it-tfajla kienet għamlet rapport għand il-pulizija fejn qalet kif huma kienu joħorġu flimkien għal diversi snin qabel ma hi bdiet tissuspetta fih u sabitu fil-karozza ma’ prostituta.
Il-vittma tennet kif imbagħad beda jħeġġiġha tagħmel l-istess u kien jheddidha jekk tirrifjuta tagħmel li jgħidilha.