Raġel ta’ 65 sena li nstab ħati ta’ abbuż sesswali fuq minuri tilef l-appell fil-Qorti kriminali pperseduta mill-Imħallef Joseph Azzopardi u l-Imħallfin Joseph Zammit McKeown u Edwina Grima.
L-Imħallef Antonio Mizzi kkonferma s-sentenza ta’ 25 sena li ngħatat f’sentenza preċedenti.
Ir-raġel kien akkużat li abbuża min-neputijiet tiegħu ta’ ħames u tliet snin, l-abbuż dam għaddej għal bosta snin.
L-arrest tiegħu sar fl-2016, wara li l-ikbar fost il-bniet għalqet it-tmintax-il sena u rabbiet il-kuraġġ biex tirraporta lill-pulizija b’dak li kien ġara lilha u lill-oħtha.
Ir-raġel kien jirrekordja ċerta mumenti waqt l-istupru, filwaqt li ġġiegħel waħda mit-tfal tkun preżenti waqt li abbuż sesswali fuq oħtha, li pproduċa u kellu pussess ta’ pornografija tat-tfal.
Dan qed jitqies fost l-agħar każ ta’ abbuż sesswali.
Il-Qorti rrakkomandat li d-Direttur fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jipprepara programm edukattiv għall-ħati u li jitniżżel fir-reġistru ta’ dawk misjuba ħatja ta’ abbużi sesswali.