Charles Zahra tilef l-appell dwar każ li jmur lura għal Ottubru tal-2017 li fih instab ħati li weġġa’ gravi lis-sieħba tiegħu.
Il-Qorti kienet sabet lil Zahra ħati wkoll t’attentat vjolenti fuq il-pudur tal-vittma filwaqt li kien intbgħat seba’ xhur ħabs għal sena.
Il-vittma kienet xehdet li l-aggressjoni seħħet wara argument bejn il-koppja u fil-maisonette imbuttaha fuq is-sufan u abbużaha sesswalment. Dan filwaqt li xehdet ukoll li Zahra gidimha fuq sidirha u taha daqqa’ ta’ lasta ta’ xkupa fuq żaqqha biha.
Huwa lmenta li l-vittma, li kellu relazzjoni twila magħha, tat verżjonijiet differenti u li kien għad fadal aktar xhieda fil-Qorti.
Minkejja dawn l-ilmenti, l-Imħallef Neville Camilleri ċaħad l-appell u għaldaqstant ikkonferma s-sentenza tal-Qorti preċedenti.