Raġel ta’ 52 sena residenti tas-Sliema, sofra ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilef kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq il-Kbira San Ġuzepp, il-Ħamrun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.