Ħadd ma’ weġġa’ wara li xufier ta’ xarabank tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt tas-sejjieħ fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:15 fi Triq Wied iż-Żurrieq. Kawża ta’ dan ingħalqet it-triq għal xi ħin.
B’xorti tajba, ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.